Ftit tal-ħin ilu ġiet rappurtata ġlieda li żviluppat f’ħanut tax-xagħar f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ fi Triq Aristarku għall-ħabta tal-11am.
Jidher li l-argument żviluppa bejn numru ta’ persuni. Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li fil-ġlieda intużaw xi xfafar.
Fil-post issejħu numru ta’ Pulizija li qed jinvestigaw.
Net News jista’ jikkonferma illi min weġġa’ fil-ġlieda ma riedx assistenza medika.
Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.
//= $special ?>