– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna li l-liġi dwar l-IVF mhix aċċettabbli għaliex din hi liġi li tiffriża l-ħajja.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-IVF, id-deputat Nazzonalista Karol Aquilina tkellem dwar is-surrogazzjoni u qal li jkun hemm rabta kbira bejn l-omm u t-tarbija li hi tkun qed iġġorr għal disa’ xhur. Din ir-rabta ma tista’ titħassar qatt.
Is-surrogazzjoni ġabet problemi kbar għaliex hemm element ta’ esplojtazzjoni li hu perikoluż ħafna. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-iskop tal-gvern kien li jaljena lill-pubbliku minn kwistjonijiet oħra li qed iseħħu fil-pajjiż. L-għaġġla tal-gvern kienet irresponsabbli, sostna Karol Aquilina.
//= $special ?>