– Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli għamel sfida lill-Gvern biex jiddikjara meta jemmen li tibda l-ħajja. Dan wara li l-Gvern iddikjara li l-embrijun hu biss tmien ċelloli u ma ħaqqux protezzjoni, sostna Clyde Puli, li kompla li b’dan l-argument il-Gvern ikun qed jiġġustifika l-abort.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal din hi liġi li hi kollox minbarra l-protezzjoni tal-embrijun għaliex l-liġi ma tħarisx id-drittijiet tat-tfal u tal-embrijun iżda din hi liġi li ddaħħal id-donazzjoni tal-gameti, l-iffriżar tal-embrijuni u tintroduċi s-surrogazzjoni. Il-Gvern m’għandux mandat ċar elettorali għaliha u li ma kinx hemm kjarifika fil-programm elettorali Laburista. Dan mhux it-titjib li kien issemma’ fil-manifest elettorali Laburista.
Clyde Puli qal li l-IVF daħal fil-pajjiż taħt Gvern Nazzjonalista fejn l-ewwel twelid imur lura sal-1991. Wara kien hemm liġi tal-2012 li saret b’diskussjoni kunsenswali parlamentari u fis-soċjetà. Il-liġi tal-Gvern Laburista qed tiddaħħal b’insult u bl-għaġġla u fejn il-konsultazzjoni se ssir wara li l-liġi tkun approvata. Dan hu każ ieħor ta’ gvern li jgħid li jisma’ iżda ma jagħtix kas. Din hi materja sensittiva għal ħafna nies u minn diversi aspetti.
L-Oppożizzjoni temmen li l-ħajja tibda mill-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha, sostna Clyde Puli, li enfażizza l-importanza tal-prinċipju tal-ħajja li hu l-aktar prinċipju sagru fid-drittijiet umani. Kienu ħafna l-esperti li tkellmu f’dan is-sens fejn enfażizzaw li l-persuni umani jridu jkunu protetti.
Il-poplu qed jitlob lid-deputati biex jiddefendu lill-vulnerabbli. Diversi esperti, professuri, psikoloġi, esperti tal-bio-etika u bio-teknoloġija Maltin tkellmu kontra s-surragozzjoni u kontra l-iffriżar tal-embrijuni. Illum hawn 100 akkademiku li tkellmu u kkritikaw il-proposti tal-gvern dwar l-emendi għal din is-suppost protezzjoni għall-embrijun.
Clyde Pulì qal li hawn deputtai laburisti li qed jgħid lill-akkademiċi li ma jifhmux. Dan hu insult għad-diskussjoni, il-maturità tal-pajjiż u d-demokrazija. Għandu jingħata l-aħjar għajnuna possibbli lill-koppji li għandhom problema ta’ inferitilità iżd dan għandu jsir bil-protezzjoni tal-ħajja.
Il-PN jemmen li jkun aħjar li kienu konna niffriżaw il-bajda tal-mara flok l-embrijun għaliex l-embrijun hu ħajja umana u m’għandu jsir xejn biex dan ikun perikolat. L-iffriżar tal-bajda tal-mara beda jagħti riżultati pożittivi għaliex din ix-xjenza qed titjieb u tkabbar l-opportunitjaiet tagħha. L-eċċezzjoni tal-iffriżar fil-liġi tal-2012 kienet biex issalva l-ħajja. Il-liġi tal-gvern hi kważi care-order imposta mingħand il-ġenituri.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN jemmen li s-servizzi tal-IVF jingħata kollha b’xejn. Din il-liġi ma tipproteġix il-ħajja anzi tista’ tuża teknoloġija li teqred il-ħajja. Madwar id-dinja hawn 2 miljun embrijun iffriżat, sostna Clyde Puli, li dawn huma ħajjiet imwielda biex jibqgħu ffriżati. Din m’hix protezzjoni tal-ħajja!
Il-PN jemmen f’liġi li tissalvagwardja l-ħajja u li tħares id-drittijiet tat-tfal li għandhom mhux imwielda. Dawn huma tfal li għandhom dritt ikunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom. Din hi liġi li għandha tkun trattata fuq il-valuri tas-soċjetà. Taħt dawn il-liġijiet hemm linja oħra ta’ ħsieb li tidħol f’numru ta’ liġijiet oħra.
L-ewwel deċiżjoni trid tkun fejn tibda l-ħajja, sostna Clyde Pulì, li kompla li l-gvern għandu jispjega kif wasal għall-konklużjoni meta tibda l-ħajja. S’issa l-gvern qal li embrijun hu biss tmien ċelloli u qed jgħid allura li l-embrijun ma ħaqqux protezzjoni sħiħa. 90% tal-komunità jemmnu li l-embrijun hu ħajja umana u hum kontra l-abort. Il-ħajja umana għandha tkun protetta kullimkien. Jekk il-gvern ma jemminx dan allura għandu jgħid il-loġika tagħhom fejn twassalhom.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jaħbi fl-argumenti u għandu jkun ċar dwar il-pożizzjoni tiegħu. Nemmen fil-ħajja; mill-bidu sat-tmiem u għalhekk inħoss li għandi nipproteġiha, sostna Clyde Puli, li appella lill-gvenr biex iwieġeb din il-mistoqsija qabel jittieħed il-vot. Jekk fekruna twelled f’bajja tingħalaq il-bajja, iżda l-embrijun qed ikun deskritt bħala massa ta’ ċelloli u mhux ikun protett, sostna Clyde Puli.
//= $special ?>