Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Twanny Scalpello. Hu kellu 94 sena.
L-attur twieled fl-1924 fil-Belt. Beda l-karriera tiegħu f’eta’ żgħira ħafna, u tul il-karriera ħadem ta’ atturi u diretturi rinomati.
Fis-snin 50 u 60 kien rinomat għar-radju-drammi. Aktar tard fuq Radju Malta, il-vuċi tiegħu saret sinonima mal-qari tar-rumanzi, bil-vuċijiet li kien ibiddel isiru tibmru personali tiegħu fuq ir-radju.
Ħadem ukoll fil-film Malta Story, li kienet produzzjoni dwar il-gwerra.

Minbarra l-palk, aktar tard fil-karriera hu ħadem anke fuq it-televiżjoni.

Twanny Scalpello miet ilbieraħ wara nofsinhar.
//= $special ?>