Lokali

Jinqaleb bil-karozza fil-Mosta

Żewġ karozzi nqalbu fil-Mosta f’żewġ inċidenti separati. Tliet persuni spiċċaw l-isptar wara dawn l-inċidenti.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-1:20pm.

Jidher illi s-sewwieq ta’ 65 sena, li hu minn Ħad-Dingli, kellu jinħareġ mill-vettura mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel ittieħed l-isptar. Hu sofra ġrieħi gravi.

L-inċident l-ieħor seħħ għall-ħabta tat-2:45pm fi Triq id-Difiża Ċivili fejn karozza nqalbet u żewġ persuni li kienu fiha kellhom jittieħdu l-isptar.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.