Lokali

Karozza tispiċċa maqbuda fi sprall mikxuf

Kmieni waranofsinhar, karozza spiċċat maqbuda fi sprall f’inċident sfortunat ħafna. Dan wara li s-sewwieq baqa’ għaddej minn fuq sprall li ma kienx mgħotti.

Il-każ seħħ fin-niżla li minn Paceville twassal lejn Spinola, f’San Ġiljan.

Ritratti li waslu għand dan is-sit juru kif spiċċat il-karozza, bir-rota maqbuda fil-ħofra tal-isprall.

Bħalissa fit-triq qed isiru xi xogħlijiet.