Il-captain ta’ Arsenal Laurent Koscielny se jdum barra mill-azzjoni sa Diċembru wara li kien operat fl-għaksa. Koscielny weġġa’ fit-tieni leg tas-semifinali tal-Europa League kontra Atletico Madrid il-ġimgħa l-oħra.
Dan ifisser li d-difensur se jitlef it-Tazza tad-Dinja tax-xahar id-dieħel u l-operazzjoni li għamel se tħallih barra tal-anqas sitt xhur.
“Koscielny hu ovvjament diżappuntat għaliex għandu bżonn li jkun operat. Dan ifisser li se jdum barra sitt xhur. Mhux se terġgħu tarawh sa Diċembru,” qal Wenger illum.
Arsenal mhux se jkollhom ukoll lill-midfidler Santi Cazorla għall-aħħar żewġ logħbiet tal-istaġun, b’possibbiltà li ma jerġax jilgħab mal-Gunners.
Cazorla ilu nieqes mil-logħob kompetittiv minn Ottubru tal-2016 bi problema fl-għaksa li kellha bżonn diversi operazzjonijiet. Il-kuntratt tal-Ispanjol jintemm fi tmiem dan l-istaġun. Wenger qal li qed jipprepara u jiġri tajjeb iżda medikament hu riskju li jipprova jilgħab daqshekk malajr.
//= $special ?>