Futbol Sport

L-avversarji ta’ PSG idaħħlu €2,500 fix-xahar…kemm jaqla Neymar f’nofs siegħa!

Il-finali tat-Tazza Franċiża illejla f'Saint Denis

Hi probabbilta’ kbira li ħadd qatt ma sema’ bit-tim Franċiż Les Herbiers – tim fit-tielet diviżjoni ta’ Franza li qed jgħid ħolma simili ħafna għal dik ta’ Leicester City fl-Ingilterra żewġ staġuni ilu. Dan wara li Les Herbiers għelbu lil Auxerre fit-Tazza Franċiża, għelbu lil Lens fil-Kwarti Finali, issuperaw is-Semi Finali u issa waslu għall-aħħar logħba tal-kompetizzjoni bl-avversarji tagħhom ikunu…ħadd ħlief Paris Saint-Germain.

Skont l-internazzjonali Belġjan ta’ PSG Thomas Meunier, il-finali tal-lejla se tkun spiċċat wara 20 minuta. U anke min jagħmel l-imħatri qed jaħsibha b’dan il-mod.

PSG ilhom 23 parira ma jitilfu.

Les Herbiers hu raħal żgħir li fih joqgħodu madwar 15,000 ruħ. L-istess bħal uħud mil-lokalitajiet f’Malta.

Jifirqu iż-żewġ klabbs hemm biss 400 kilometru. Iżda fejn jidħlu flus, id-distanza timmultiplika b’ħames mitt darba!

Les Herbiers għandhom Budget annwali ta’ €2 miljuni. PSG għandhom Budget ta’ €540 miljun. Kull plejer ta’ Les Herbiers jaqla’ mal-€2,500 fix-xahar – flus li Neyman idaħħalhom kull 36 minuta.