L-Italja mistennija tgħaddi minn aktara ġimgħat ta’ inċertezza politika wara li fallew it-taħditiet għal Gvern ġdid ta’ koalizzjoni f’Ruma. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-pajjiż qed jiffaċċja elezzjonijiet ġodda inkella jista’ jitmexxa minn amministrazzjoni proviżorja sal-aħħar ta’ din is-sena.
Il-President Taljan, Sergio Mattarella qal li l-elezzjonijiet nazzjonali ġodda inkella t-twaqqif ta’ amministrazzjoni temporanja għal ftit xhur huma l-uniċi għażliet miftuħa wara li falla l-aħħar round ta’ negozjati politiċi.
L-ebda partit jew alleanza ma rebħu maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu fl-Italja. U filwaqt li l-Partit Cinque Stelle u l-Lega Nord li jopponi l-immigrazzjoni huma favur li ssir elezzjoni ġdida f’Lulju, l-aħħar kelma għandha tkun tal-President Mattarella.
L-aħħar negozjati għal koalizzjoni ġdida biex tmexxi lill-pajjiż fallew wara li l-Partit Cinque Stelle ma qabilx li jissieħeb mal-alleanza tal-lemin magħmulha mill-Partiti tal-Lega Nord u Forza Italia, inkella mal-Partit Demokratiku tax-xellug.
//= $special ?>

