Ambjent Lokali

L-illegalitajiet tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2018 miġburin f’rapport li se jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea

BirdLife Malta xandret video li jagħti rendikont fil-qosor ta’ dak li ħareġ mill-kamp annwali Spring Watch li sar bħas-soltu anke din is-sena biex jissorvelja l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa madwar Malta u Għawdex għall-illegalitajiet.

Dawn il-filmati, li issa se jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bħala parti minn rapport dwar l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2018, jirrakkontaw b’mod kronoloġiku l-illegalitajiet li osservajna kuljum tul l-istaġun u l-video jiġbor linċidenti prinċipali li t-timijiet tagħna ltaqgħu magħhom tul il-ġranet kollha talistaġun – għal total ta’ 148 każ ta’ kaċċa illegali fuq għasafar protetti li kienu qed ipassu tul din ir-rebbiegħa, b’mod partikolari l-Gamiema li llum hija tajra protetta.