Lokali

“Qalbi maqsuma!” – appell biex jinstab dan il-qattus

"Jakk xi ħadd jarah, nitlobkom tavżawni mal-ewwel"

Fuq Facebook qed idur ir-ritratt tal-qattus bl-isem Whiskey illi intilef fiċ-ċentru ta’ Ħ’Attard.

Jidher li l-qattus ilu mitluf mill-Ħadd li għadda.

Sidu kitbet “mhux soltu li jaħrab, u nħossni qalbi maqsuma”.

Hi qalet li mhux soltu li l-qattus jitlaq b’dan il-mod. Whiskey għandu ismu miktub mal-kullar, u n-numru tas-sid.