Lokali

Tliet produzzjonijiet ta’ drama minn Ottubru fuq Net TV

Intervista ta' Pierre Portelli fuq NET LIVE

Minn Ottubru li ġej Net TV se jkun qed iwassal tliet produzzjonijiet ġodda ta’ drama.

Dan ħabbru ċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications Pierre Portelli f’intervista fuq NET LIVE fejn spjega li mill-iskeda ta’ Ottubru Net TV se jkollu tliet serati ta’ drama differenti.

Fl-intervista ma’ Lisa Spiteri, Pierre Portelli ħabbar ukoll li mis-Sajf se jibda programm ġdid bl-isem ’20 sena ta’ Net TV’. Dan hekk kif l-istazzjoni Net Television din is-sena qed ifakkar l-20 anniversarju mit-twaqqif tiegħu.