Futbol Sport

WBA relegati mill-Premier League bir-rebħa importanti ta’ Southampton

Manolo Gabbiadini jiskorja l-gowl rebbieħ

Gowl tas-sostitut Manolo Gabbiadini ta rebħa importanti ta’ 1-0 lil Southampton fil-Liberty Stadium fuq Swansea. B’din ir-rebħa huma resqu eqreb li jsalvaw filwaqt li tefgħu lil Swansea f’xifer ir-relegazzjoni u kkonfermaw ir-relegazzjoni ta’ West Bromwich Albion mill-Premier League.

Swansea issa jittamaw li jegħlbu lil Stoke il-Ħadd li ġej u Huddersfield jitilfu ż-żewġ logħbiet tagħhom, filwaqt li Southampton jkunu relegati biss jekk jitilfu kontra Manchester City u Swansea jirbħu, biż-żewġ riżultati jinvolvu ħafna gowls.

Gabbiadini skorja l-gowl tar-rebħa 17-il minuta mit-tmiem meta f’taħwida fil-kaxxa, ix-xutt ta’ Shane Long kien blokkat parzjalment minn Alfie Mawson, b’Gabbiadini jiskorja mir-rebound b’xutt li ħabat ma’ Fabianski qabel daħal fix-xibka. Il-partita kien fiha ftit azzjonijiet ta’ skor minħabba li t-tnejn kellhom x’jitilfu.

L-inklużjoni ta’ Gabbiadini kienet pjuttost fortunata, hekk kif l-attakant Taljan ħa post id-difensur Jan Bednarek li beda jsofri minn concussion iżda ma riedx li jinqala’.