Lokali

Żagħżugħ sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara inċident fil-Mosta

Żagħżugħ ta’ 22 sena residenti Ħal Tarxien sofra ġrieħi gravi meta l-mutur li kien qed isuq kellu impatt ma’ vettura f’inċident li seħħ dalgħodu fil-Mosta.

Kien għall-ħabta tat-08:15 li ż-żagħżugħ li kien qed isuq mutur Mash Sententy Five matul Triq Franġisku Pisani ntlaqat minn karozza tat-tip Toyota Funcargo misjuqa minn raġel ta’ 62 sena minn San Pawl il-Baħar.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għall-kura, waqt li s-sewwieq tal-karozza ma sifrieħ ġrieħi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.