Il-plejer Taljan Mario Balotelli u l-preżentatriċi Alessia Marcuzzi qed juru l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-Maltija Emma; il-kantanta li qed tipparteċipa f’Amici ta’ din is-sena.
Marcuzzi u Balotelli sostnew dan f’video li xxandar fuq il-paġna ta’ Amici fuq Facebook.
Balotelli, eks plejer ta’ Milan u Manchester City, qal li qed jissapportja lil Emma għax tkanta bl-Ingliż, filwaqt li Marcuzzi tagħżel lil Emma għax taraha lesta “għal-livell internazzjonali”.
Carmen u Emma se jkunu qed jisfidaw lil xulxin nhar is-Sibt li ġej.
//= $special ?>