Il-kowċ nazzjonali Awstraljan sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 32 plejer għat-Tazza tad-Dinja. Fl-għażla Bert van Marwijk inkluda lis-26 plejer li lagħbu fl-aktar partiti ta’ ħbiberija riċenti kontra n-Norveġja u l-Kolombja.
Fost dawk magħżula hemm inkluż Tim Cahill li lagħab ftit ma’ Millwall fl-2018, iżda l-plejer ta’ 38 sena qed jittama li jsir biss ir-raba’ plejer li jiskorja f’erba’ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja. Magħżula hemm ukoll iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Daniel Arzani u d-difensur ta’ 21 sena li twieled il-Kroazja Fran Karacic.
Van Marwijk li mexxa lit-tim Olandiż sal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2010 ħa t-tmexxija tat-tim f’Jannar li għada wara li Ange Postecoglou rriżenja minkejja li mexxa lit-tim sal-fażi finali. Hu qed jippjana li jnaqqas l-iskwadra għal 26 plejer sal-14 ta’ Mejju, ħamest ijiem qabel jibda kamp ta’ taħriġ fit-Turkija. Van Marwijk inaqqas tliet plejers oħra biex jagħżel it-23 plejer.
L-Awstralja jilagħbu kontra Franza, id-Danimarka u l-Perù fi Grupp Ċ. Bi preparazzjoni għal dawn il-logħbiet, l-Awstralja se tilgħab partiti ta’ ħbiberija kontra r-Repubblika Ċeka u l-Ungerija.
Din it-Tazza tad-Dinja se tkun il-ħames waħda tal-Awstralja u r-raba’ waħda konsekuttiva. L-aħjar riżultat tagħhom kien fl-2006 meta kienu eliminati mill-eventwali rebbieħa l-Italja lejn it-tmiem.
Skwadra proviżorja
Gowlkipers: Matt Ryan (Brighton), Danny Vukovic (Genk), Brad Jones (Feyenoord), Mitch Langerak (Nagoya Grampus)
Difensuri: Aziz Behich (Bursaspor), Milos Degenek (Yokohama Marinos), Matthew Jurman (Suwon Bluewings), James Meredith (Millwall), Josh Risdon (Western Sydney Wanderers), Trent Sainsbury (Grasshopers), Aleksandar Susnjar (Mlada Boleslav), Bailey Wright (Bristol City), Alex Gersbach (Lens), Fran Karacic (Lokomotiva Zagreb)
Midfielders: Josh Brillante (Sydney FC), Mile Jedinak (Aston Villa), Mark Milligan (Al Ahli), Robbie Kruse (Bochum), Jackson Irvine (Hull), Massimo Luongo (QPR), Aaron Mooy (Huddersfield), Tom Rogic (Celtic), James Troisi (Melbourne Victory)
Attakkanti: Tim Cahill (Millwall), Tomi Juric (Luzern), Matthew Leckie (Hertha Berlin), Andrew Nabbout (Urawa Red Diamonds), Nikita Rukavytsya (Maccabi Haifa), Dimitri Petratos (Newcastle Jets), Jamie McLaren (Hibernian), Daniel Arzani (Melbourne City), Apostolos Giannou (AEK Larnaca)
//= $special ?>