– Karl Gouder, PN
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Użu ta’ Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri, Karl Gouder qal li għandu jkun assigrat li l-informazzjoni miġbura tintuża biss għall-iskopijiet tal-liġi.
Karl Gouder appella biex dan il-liġijiet ma jkunux diskussi fl-aħħar ħin. L-UE irnexxielha issib mezz kif tuża din l-informazzjoni dwar atti ta’ kriminalità u dwar l-importanza tal-bilanċ dwar kemm tista’ żżomm l-informazzjoni sa massimu ta’ ħames snin.
Jeħtieġ issir diskussjoni dwar x’se jsir mir-Renju Unit li se joħroġ mill-UE. Se jkun hemm bżonn li Malta tkun xpurn biex tinqasam l-informazzjoni ma’ pajjiżi terzi li huma barra mill-UE. Hu tratta l-informazzjoni dwar l-individwu fejn il-pajjiżi se jaqsmu l-informazzjoni bejniethom, sostna Karl Gouder, li saħaq fuq l-importanza tar-reputazzjoni tal-pajjiż minħabba tar-riperkussjonijiet li jista’ jkun hemm fuq il-pajjiż jekk jitlef ir-reputazzjoni. L-Oppożizzjoni taqbel ma’ idn il-liġi iżda għandu jkun assigurat li d-data miġbura tintuża għal dawn l-iskopijiet biss.
//= $special ?>