– Karol Aquilina, PN
Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzonalista Karol Aquilina tkellem dwar l-art tal-ITS u qal li l-proġett se jsir fuq art tal-gvern u hu massiv u se jkollu effett negattiv fuq il-lokalitajiet tal-madwar. Din l-art ingħatat lid-DB Group u dwar dan l-Oppożizzjoni kienet għamlet talba dwar kif ingħatar l-art. Fl-ewwel tliet snin biss l-iżviluppaturi qed jippjanaw li jdaħħlu €120 miljun iżda se jħallsu biss €15 il-miljun għal 24,000 metru kwardu li ngħatat lilhom mill-Gvern.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-proġett hu oġġezzjonabbli għaliex il-policy tal-MEPA tispeċifika li ma jistax ikun hemm bini ogħli quddiem żona residenzjali, għax il-policies tal-MEPA jispeċifikaw ukoll li bini ogħli ta’ dan it-tip għandu jsir f’postijiet baxxi u mhux fuq għolja bħal San Ġiljan, għax dan il-proġett viċin ir-residenzi se jkollu effett fuq il-kwalita tal-ħajja tar-residenti minħabba nuqqas ta’ xemx, għax se jżid it-tniġġiż fl-arja u għax il-proġett se jġib fix-xejn l-isforzi biex il-Bajja ta’ San Ġorġ tiġi riabilitata u għax se jinqered il-pajsaġġ taż-żona. Dan hu pajsaġġ protett anki bil-kostituzzjoni. Dan hu proġett oxxenn u ġennata. Dan mhux proġett li jagħmel ġid lill-pajjiż u mhux se jgħin biex il-kwalità tal-ħajja tkun salvagwardata.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-għaqdiet ambjentali oġġezzjonaw għal dan il-proġett waqt li 1,000 persuna iffirmaw oġġezzjoni. Hu wkoll se jressaq oġġezzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar.
Hemm inkwiet kbir fost ir-residenti ta’ Pembroke u diġà saru laqgħat li fihom ir-residenti tkellmu u oġġezzjonaw. Nhar l-Erbgħa se ssir ukoll protesta quddiem il-bini tal-ITS.
Hu tkellem dwar l-iżvilupp ħdejn Villa San Injazju u qal li din il-villa għandha valur storiku iżda issa l-applikazzjoni tispeċifika li tgħaddi triq minn ġo nofs dan il-bini storiku. Kienet ppreżentata oġġezzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex din l-applikazzjoni tkun miċħuda.
Ir-residenti qed joġġezzjonaw għal dan il-proġett. Il-qorti kienet ordnat li jsiru xogħlijiet rimedjali f’dan il-bini storiku iżda l-iżviluppatur qabad u beda jkisser lill-bini bla ma nforma lill-perit tal-qorti. Din l-Art Ħelwa talbet lill-qorti biex ikun proċeduri ta’ disprezz lejn il-qorti, li sabet li fir-rigward tal-iżviluppatur u ta’ Uffiċjal tal-Infurzar kien hemm bażi ta’ proċeduri fuq disprezz lejn il-qorti.
Il-Qorti tkellmet dwar l-aġir taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar Johann Buttigieg fejn kien stabbilit li hemm bażi li jittieħdu passi għall-abbuż li twettaq. Minkejja dan, lil Johann Buttigieg l-Awtorita se tgħattilu, sostna Karol Aquilina.
//= $special ?>