– Edwin Vassallo, PN
Edwin Vassallo tkellem dwar id-dritt tal-vot ħieles lid-deputati u qal li jekk irridu li fil-pajjiż ikun hawn il-libertà tal-kuxjenza, id-dritt tal-vot ħieles għandu jkun indukrat. Numru ta’ persuni mill-gvern u mill-media ddeċidew minn rajhom u b’irresponsabbiltà jiddeskrivu dak li jkun ġara bl-interessi personali tagħhom.
Fl-Aġġornament Edwin Vassallo qal li l-pajjiż għandu jidra li fil-vot ta’ kuxjenza d-deputati għandhom id-dritt li jivvutaw differenti minn xulxin. Il-gvern għandu biss għaqda finta u m’hemmx ugwaljanza. Id-deputati għandhom jivvutaw skont il-kuxjenza tagħhom, sostna Edwin Vassallo, li qal li hu qatt mhu se jivvota favur liġi tal-uniformità għax il-poplu Malti mhux l-istess.
Edwin Vassallo kompla li l-għaqda li jiftaħar biha l-gvern hi konsentura miksija bil-ġibs.
//= $special ?>