– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella lill-Prim Ministru biex jagħmel inkjesta dwar nefqa ta’ 40 miljun dollaru żejda f’xiri ta’ gass mill-kumpanija Socar tal-Ażerbajġan meta l-Enemalta setgħet xtrat direttament mingħand ix-Shell b’nofs il-prezz.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Użu ta’ Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri Jason Azzopardi qal li fl-aħħar ġranet fil-pajjiż kien hawn diskussjoni dwar persuni li approfittaw ruħhom minn ċentri ta’ ġuriżdizzjoni li huma lil hinn mill-UE propju biex jevitaw l-istandards tal-UE. Dawn l-istrutturi ma’ jeżistux f’pajjiżi barra mill-UE.
Hemm politiku viċin tal-Prim Ministru u ċ-Chief of Staff f’Kastilja li tefgħu x-xbiek tagħhom fil-Panama u f’Dubaj għaliex Dubaj hi waħda mill-iktar ġuriżdizzjonijiet sigrieti fid-dinja; iktar minn tal-Panama. Dubaj ma jaqsamx informazzjoni ma’ pajjiżi barranin u għalhekk min irid jaħbi t-traċċi tiegħu jmur Dubaj.
Fil-pajjiż hawn sitwazzjoni surreali fejn hawn prova li fl-2015 intbagħtet email minn kumpanija ta’ acountants li tifhem f’ħafna affarijiet barra minn Malta u qalet li Ministru u Chief Of Staff f’Kastilja se jdaħħlu €150,000 fix-xahar u €2 miljuni fis-sena. Sar magħruf ukoll li kienu daħlu €1.3 miljun fil-kumpanja 17 Black f’Dubaj. Jirriżulta li s-sid tal-kumpanija ta’ accountants kien fuq il-bord li għażel il-power station.
Sar magħruf li Malta ħallset id-doppju għax-xiri tal-gass u sar qligħ ta’ 40 miljun dollaru għas-Socar tal-Ażerbajġan. Il-pajjiż ħallas 40 miljun dollaru żejda, sostna Jason Azzopardi, li staqsa jekk il-Prim Ministru hux lest jordna inkjesta preseduta minn imallef jew maġistrat li tinvestiga min kien wara dan l-iskandlu. Kien kommess delitt kriminali f’forma ta’ frodi li permezz tiegħu Malta għamlet kuntratt ma’ kumpanija li tifhmix fil-gass li reġgħet għamlet kuntratt max-Shell biex mingħandha tixtri gass bi prezz u tbiegħu lill-Enemalta bid-doppju.
Fl-interess ta’ min kien li jitħallsu 40 dollaru żejjed is-sena li għaddiet u li l-Enemalta ma tissalvagwardjax l-interessi tal-konsumaturi Maltin? Dan flok l-Enemalta tiffranka. Għaliex iddaħħlet is-Socar bħala sensar żejjed flok l-Enemalta tixtri mingħand ix-Shell li tbigħ il-gass bin-nofs. Għal 18-il sena hemm grupp ta’ nies li ftehmu b’ħażen li kull sena jdaħħlu għexieren ta’ miljuni – fl-ewwel sena 40 miljun dollaru .
Il-Gvern daħaq bil-GRTU u bil-Kamra tal-Kummerċ. Il-ftehim mas-Socar sar biex jisirqu lill-Maltin 40 miljun dollaru fis-sena. Il-kontijiet setgħu jorħsu b’iktar min-nofs għax Malta qed tħallas id-doppju, sostna Jason Azzopardi.
//= $special ?>