Lokali Parlament

Kontrolli fuq persuni li jivvjaġġaw għal skopijiet kriminali u ta’ ħasil ta’ flus….fosthom politiċi

– Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-Liġi dwar l-Użu ta’ Data tar-Reġistru tal-Passiġġieri se ġġib kontrolli fuq persuni li jivvjaġġaw għal skopijiet kirminali u ta’ ħasil ta’ flus, inkluż politiċi.

Fil-parlament Karol Aquilina qal li d-direttiva dwar l-Użu ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri imxiet b’ċertu ħeffa. Dawn il-liġijiet jaħdmu tajjeb jekk il-pajjiżi kollha jimplimentawha flimkien. Din id-direttiva tapplika għal titjirjiet minnbarra l-UE.

L-informazzjoni mogħtija għandha titħassar wara ħames snin u wara sitt hu jitneħħew d-dettalji personali. Qed isiru sforzi biex jintlaħqu ftehim ma’ pajjiżi barra mill-UE. Malta għandha tagħmel soroz biex isiru dan il-ftehim anki biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-pajjiż.

Din hi liġi li tattakka r-reati serji li jsiru minn pajjiżi fuq ieħor u għalhekk twaqqaf id-dritt ta’ moviment ta’ persuni minn pajjiż għall-ieħor meta jkun hemm irregolaritajiet. F’din il-leġiżlatura l-Gvern ma ressaq l-ebda liġi li tiġġieled il-kriminalità u ma kien hemm l-ebda liġi li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet fil-ġlieda kontra l-kriminalità.

Din il-liġi għandha tkun implimentata b’responsabbiltà billi jkun hemm ċertezza li l-Kummissarju tal-Pulizija jkollu l-għodda neċessarja biex iwettaqha għax inutli li l-informazzjoni li tinġabar am tintużax jew itntuża b’mod ħażin.

B’din il-liġi se jkun faċli li ċertu politiċi, bħall-Ministru Konrad Mizzi, jkun qed jivvjaġġa lejn diversi pajjiżi għaliex issa se jkun stabbilit fejn ikunu vvjaġġaw il-politiċi. Fil-fatt l-Ministru Konrad Mizzi mar iċ-Ċina u Dubaj diversi drabi bla ma ta informazzjoni.