Il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem bla heda biex ikun il-partit tan-nies, il-partit li jagħti vuċi lill-poplu Malti u Għawdxi, partit li jisma l-problemi tas-soċjetà u jaġixxi dwarhom.
“Se nibni fuq it-tajjeb li bdejtu intom, se nirranġaw u qed nirranġaw il-karozza tal-ġiri tagħna u se nagħmlu u qed nagħmlu affarijiet ġodda biex il-karozza tagħna, hekk kif toħroġ fuq it-trakka, tkun l-aqwa u l-aħjar, tkun il-karozza tal-poplu, tkun il-karozza li kulħadd ikun kburi biha, għax il-Partit Nazzjonalista hu tagħna lkoll, ta’ kulħadd, immexxi mill-kap Adrian Delia imma hu tagħna, aħna familja waħda, team wieħed,” wiegħed David Agius.
Iddikjara dan il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament, David Agius, fl-għeluq ta’ sessjoni oħra tal-Kunsill Ġenerali Infasslu Futur Flimkien f’Jum l-Ewropa.
Filwaqt li wiegħed li hu jibqa’ qrib il-poplu, biex jisimgħu, iservieh u li se jkun l-inqas wieħed fostna, David Agius iddikjara li dan ukoll hu dak li jrid jgħix il-Partit Nazzjonalista.
“Illum, b’enerġija, b’entużjażmu, b’kariżma, b’determinazzjoni u b’kuraġġ se naħdmu flimkien mal-kap elett minnkom Adrian Delia biex nagħmlu lil dan il-partit, partit rebbeħ, b’viżjoni ċara, prinċipji sodi, partit tal-poplu,” iddikjara David Agius.
Filwaqt li rrefera għal sensiela ta’ laqgħat li d-deputati tal-Partit Nazzjonalista qed jagħmlu ta’ kuljum ma’ setturi differenti tas-soċjetà, David Agius qal li dan qed iwassal biex il-partit jifhem il-problemi tas-soċjetà.
Għalhekk ukoll li l-Partit Nazzjonalista qed iqajjem mill-ġdid lill-AŻAD, waqqaf l-inizjattiva Start PN u se jkompli jsaħħaħ lill-APAN.
David Agius, fdat ukoll bħala kelliem bir-responsabbiltà tas-settur tal-enerġija u l-ilma, irrefera wkoll għall-kontijiet ogħla li l-poplu Malti u Għawdxi qed iħalles għad-dawl u l-ilma. Il-Gvern qed jisraq lill-poplu Malti u Għawdxi
“Profitt minn fuq il-poplu Malti ta’ $40 miljun, profitt li qed jitħallas mill-kontijiet tad-dawl, kontijiet li qed tħallas għalihom int, inħallsu aktar għalihom aħna lkoll.”
Wiegħed li l-Partit Nazzjonalista mhux se jippermetti li l-poplu jkompli jinsteraq mill-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista se jkun il-vuċi tal-poplu.
U dan anke f’diversi każi oħra ta’ korruzzjoni ta’ Gvern Laburista. Bil-poplu li qed iħallas ta’ ftehim għall-bejgħ tal-isptarijiet lokali, il-bejgħ tal-passaporti u t-theddida għal-libertà tal-espressjoni u l-midja bil-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia li seħħ taħt din l-amministrazzjoni.
//= $special ?>