Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Probabbiltá li Manuel Neuer jitlef it-Tazza tad-Dinja

Manuel Neuer ilu ma jilgħab minn Settembru

Il-parteċipazzjoni ta’ Manuel Neuer fit-Tazza tad-Dinja tinsab f’dubju kbir wara li l-kowċ ta’ Bayern Munich Jupp Heynckes qal li Neuer mhux mistenni jilgħab dan l-istaġun.

Il-Ġermaniż ilu ma jilgħab minn Settembru wara li sofra minn kontinwità ta’ uġigħ f’waħda mill-għadam ta’ subgħajh. Neuer irritorna għat-taħriġ ma’ Bayern Munich, iżda Heynckes qal lill-magazine sportiv Kicker li mhux se jilgħab l-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Stuttgart, minkejja li ħalla l-possibbiltà li Neuer jieħu parti fil-finali tad-DFB Pokal kontra Eintracht Frankfurt fid-19 ta’ Mejju.

“Ma nistax ngħid f’dan il-mument jekk hux se nagħmilha għat-Tazza tad-Dinja. Ma naħsibx li hu mentalment tajjeb li tmur għat-Tazza tad-Dinja mingħajr nuqqas ta’ logħob. Qed inħossni tajjeb u kollox miexi sew, iżda rrid nieħu l-aħjar deċiżjoni għalija, għat-tim u l-Ġermanja.”

“Irrid nitjieb kull ġurnata u nipprova nkun fiżikament tajjeb mill-aktar fis possibbli. Naraw jekk hux biżżejjed. Irridu naraw, imma ma nistax ngħid fiċ-ċert,” qal Neuer din il-ġimgħa.

In-nazzjonijiet parteċipanti jridu jħabbru l-lista ta’ 23 plejer għat-Tazza tad-Dinja sal-4 ta’ Ġunju, u jekk Neuer ma jkunx fl-iskwadra, il-gowlkiper ta’ Barcelona Marc-Andre ter Stegen hu mistenni li jkun regolari.

Il-general manager tal-Ġermanja Oliver Bierhoff għadu jaħseb li Neuer se jkun involut fir-Russja. “Għadni kunfidenti u konvint li Manuel se jkun fit-Tazza tad-Dinja.” Hu qal li qed jieħdu l-każ ġurnata b’ġurnata.