Lokali Mużika

‘Right Here’ hu l-video mużikali ġdid ta’ Red Electrick

Ġie ppublikat dalgħodu fuq YouTube

Din is-sena Red Electrick qed ifakkru 10 snin mit-twaqqif tal-band tagħhom.

Iżda fil-11 ta’ Mejju li ġej, se jkun qed isir l-ewwel kunċert li fih se naraw is-sehem tal-frontman il-ġdid tal-band, Joe Roscoe.

Id-debut single ta’ Roscue jisimha ‘Right Here’.

Wieħed ifakkar illi fost is-siltiet sinonimi ma’ din il-band hemm ‘The end of it all’, ‘Who the heck is REK’, ‘Paul’ u ‘Young Again’.