Għawdex Lokali

Salvat għaddas mix-Xatt l-Aħmar; rikoverat l-isptar f’kundizzjoni gravi

Ilbieraħ, għaddas miet wara li ittella' miċ-Ċirkewwa

Għaddas Franċiż ta’ 53 sena jinsab f’qagħda gravi wara li sab ruħu f’diffikulta waqt li kien qed jogħdos fil-bajja tax-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs. Fil-post issejħu l-pulizija fejn irriżulta li waqt li grupp ta’ għaddasa kienu qed jgħoddsu wieħed minnhom instab li kien f’diffikulta. Hu ttella l-art minn sħabu fejn ingħata l-ewwel għajnuna.

Ambulanza ħadet lil dan l-għaddas lejn l-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn l-għaddas ġie ċċertifikat li kien jinsab f’qagħda gravi.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Paul Coppini li ħatar diversi esperti biex jgħinuh f’inkjesta.