L-uffiċjali kkonfermaw li fil-Majjistral tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo reġgħet feġ-ġet l-Ebola.
Il-Ministeru tas-Saħħa qal li s’issa kien hemm żewġ każi kkonfermati tal-virus u 17-il mewta. Dawn qed jiġu investigati fil-belt ta’ Bikoro. Dan qed iseħħ aktar minn sena wara li l-istess marda ħalliet erba’ persuni mejta f’dan il-pajjiż.
Din hi d-disa’ darba li feġġet l-Ebola fil-Kongo – il-pajjiż fejn fl-1976 kien skopert għall-ewwel darba dan il-virus.
Issa l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) se tibgħat għajnuna u speċjalisti biex jippruvaw iġibu s-sitwazzjoni taħt kontroll. Il-WHO qalet li għal din l-emerġenza allokat mal-miljun dollaru kif ukoll bagħtet 50 espert biex igħinu lill-awtoritajiet fil-Kongo.
Terġa’ tfeġġ l-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo


