Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia dalgħodu żar il-birrerija Farsons – birrerija b’teknoloġija avvanzata li kisbet isem anke ‘lil hinn minn xtutna.
Waqt li kien spjegat lilu kif il-birrerija fl-aħħar snin għamlet avvanzi kbar, Adrian Delia nnota kif il-kumpanija żammet riżorsa umana importanti bi 800 impjegat li spiss jingħataw korsijiet ta’ taħriġ u re-skilling biex jibqgħu aġġornati mal-iżvilupp.
Fl-aħħar 10 snin Farsons investiet iktar minn €100 miljun f’faċilitajiet ġodda biex il-kumpanija tibqa’ kompetittiva u saħansitra tkabbar in-negozju kemm lokalment kif ukoll fi swieq oħra.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ra kif l-istess birrerija għaddejja minn proġett massiċċ ta’ €10 miljun li se jara l-parti l-antika tiġi rijabilitata u tinqaleb f’ċentru għall-viżitaturi u mużew, kif ukoll spazju miftuħ, faċilitajiet ġodda għall-ħaddiema kif ukoll spazju għal iktar ħwienet tal-kumpanija.
Farsons qed tfakkar id-disgħin sena tagħha.
//= $special ?>