Raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġie kundannat 25 sena ħabs wara li instab ħati li stupra lit-tfal ta’ ħuh. Il-każ seħħ numru ta’ snin ilu, iżda kien biss issa li ġie rappurtat lill-Pulizija meta waħda mill-bniet għalqet 18-il sena.
Is-sentenza ingħatat mill-Imħallef Antonio Mizzi.
Fil-Qorti, L-Ispettur Joseph Busuttil qal illi meta arrestaw lill-akkużat sabulu materjal pornografiku tat-tfal. Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
F’seduta immarkata b’emozzjonijiet kbar ta’ rabja għal dawn l-atti, ir-raġel ammetta li hu stupra lin-neputijiet tiegħu f’diversi lokalitajiet. U f’mill-inqas każ wieħed, ġiegħel lil waħda mit-tfal tara materjal pornografiku miegħu.
L-Imħallef ordna lir-raġel ta’ 65 sena sabiex ismu jitniżżel fir-Reġistru ta’ persuni li jwettqu offiżi sesswali.
//= $special ?>