Għawdex Lokali

Aktar inkonvenjent għall-passiġġieri li dalgħodu qasmu lejn Malta

Mill-arkivji
Siegħa biex telaq il-vapur miċ-Ċirkewwa

Numru ta’ persuni li dalgħodu niżlu l-port tal-Imġarr biex jaqsmu lejn Malta fis-7am, kellhom jistennew kważi siegħa biex il-vapur jitlaq. Dan hekk kif it-traġitt tas-7am ta’ dalgħodu telaq għall-ħabta tat-8am.

Sas-7:50am, il-passiġġieri u l-karozzi kienu maqbudin Għawdex.

“Ma nistax nifhem kif il-Ministru t’Għawdex Justyne Caruana għażlet li tinforma lil pubbliku fid-21:53pm li l-vapur se jahdem shuttle mill-għodwa li jmiss”, qalilna wieħed mill-bosta persuni li tkellmu magħna.

Bħalissa, il-bastiment Malita tal-Gozo Channel qiegħed barra għat-tiswija. U Ta’Pinu jinsab b’bieba imkissra, u qed jgħabbi l karozzi bid-dawra – joħroġ b’lura imbagħad jibda t-triq għal Malta.

“Dan il-koas kollha juri nuqqas ta’ rispett lejna l-Għawdxin”, qalulna n-nies li tkellmu magħna.