Rapporti fil-media Ingliża qed jgħidu li Carlos Carvalhal mhux se jkun qed imexxi lil Swansea l-istaġun li ġej. Swansea huma prattikament relegati, hekk kif iridu rebħa kbira u telfa kbira għal Southampton fl-aħħar logħba biex isalvaw.
Jidher li Swansea mhux qed jemmnu li Carvalhal mhux il-persuna ideali biex it-tim jirritorna fil-Premier League, dejjem jekk tkun konfermata r-relegazzjoni tagħhom il-Ħadd li ġej.
Wara bidu tajjeb fit-tmexxija b’rebħiet kontra Arsenal, West Ham u Liverpool, Carvalhal beda jsibha aktar diffiċli. Il-klabb għad għandu l-għażla li jġedded il-kuntratt tal-Portugiż għal sena oħra.
F’24 logħba fit-tmexxija ta’ Swansea, Carvalhal kiseb tmien rebħiet fosthom tlieta fl-FA Cup, tmien draws u tmien telfiet, iżda t-tim tiegħu ma skorjax f’sitt gowls fl-aħħar tmien logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha.
Minn meta għelbu lil West Ham 4-1 fil-bidu ta’ Marzu, Swansea kisbu biss żewġ punti f’seba’ logħbiet, bi draws kontra WBA u Everton.
//= $special ?>