Mużika

EUROVISION: Fl-aħħar 12-il sena, Malta ma kwalifikatx 6 darbiet

Kulħadd wara Christabelle b'appoġġ kbir għal pajjiżna fis-serata tal-lejla

Taf kemm ilna ma niġu mal-ewwel 10 fil-Eurovision? Mill-2013. Dakinhar, Gianluca bil-kanzunetta Tomorrow kien ġie fit-8 post.

Hija din ir-realta’ diżappuntanti li ħafna qed jitkellmu dwarha illum hekk kif se nassistu għat-tieni semi finali fl-edizzjoni ta’ din is-sena – serata li fiha se tikkompeti Christabelle.

F’isem San Marino se tikkompeti l-Maltija Jessika.

Is-sena li għaddiet Malta lanqas biss kwalifikat għall-finali. U s-sena ta’ qabel, fl-2016, Ira Losco kienet spiċċat fit-12-il post.

Malta ma kwalifikatx għall-finali fl-2017, l-2015, l-2011, l-2010, l-2008 u l-2007.

Wieħed irrid jirrimarka illi l-imħatri mhux qed juru ħniena ma’ Malta. Fil-fatt, skont diversi siti tal-betting, ‘Taboo’ qed tkun klassifikata fit-28 post. U l-kanzunetta ta’ Jessika qed titpoġġa’ fl-aħħar post.

L-aktar kanzunetta favorita li qed tiddomina l-imħatri mad-dinja kollha hi Fuego, tal-kantanta Griega li qed tirrapreżenta lil Cipru Eleni Foureira.

Il-finali tal-Eurovision se ssir nhar is-Sibt li ġej fl-Altice Arena ta’ Lisbona.

Din hi it-63 edizzjoni tal-festival tal-Eurovision.