Lokali

FILMAT: Ara x’għamel wara li seraq €5 mit-tips tal-impjegati

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali jikxef lil raġel idaħħal idu f’bott tat-tips tal-impjegati ta’ stabbiliment ġdid li fetaħ f’Tas-Sliema. Dan billi ħataf l-okkażjoni li l-impjegata li kienet qed taqdieh tatu darha.

Iżda bħallikieku ma kienx biżżejjed li seraq il-flus tal-impjegati, flus li jaqilgħu bħala apprezzament ta’ xogħolhom, l-istess raġel bla mistħija ta’ xejn ħallas għal xi prodotti mill-istess flus li seraq.

U mhux biss. Wara li l-impjegata qdietu,  ħa l-bqija, żammha u ħareġ ‘il barra.