Din is-sena se tkun speċjali għas-Slimiżi tal-parroċċa tas-Sacro Cuor hekk kif tħabbar li f’Settembru li ġej, il-vara devota tal-Madonna se tkun solennament inkurunata. Barra minn hekk, il-knisja tagħhom se tkun mgħollija għad-dinjità ta’ Santwarju.
Din is-sena l-parroċċa tas-Sacro Cuor se tkun qed tfakkar il-100 anniversarju.
Għalkemm il-vara diġà kienet imżejjna b’żewġ kuruni mill-isbaħ, il-patrijiet tal-parroċċa ħabbru li se tkun qed issir ċelebrazzjoni solenni li matulha l-Bambin u l-Madonna se jkunu inkurunati mill-ġdid f’ċerimonja solenni.
Se jkun l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna li se jinkuruna din ix-xbieha.
Għalissa tneħħew kemm il-kuruni tal-Bambin kif ukoll dik tal-Madonna. Din hi xi ħaġa unika għas-Slimiżi għaliex il-vara matul is-sena dejjem tkun bil-kuruni. Huma se jiġu inkurunati mill-ġdid fid-29 ta’ Settembru.
Il-ħsieb tal-parroċċa hu li tiġi organizzata festa kbira f’Settembru, l-istess kif issir fl-ewwel Ħadd ta’ Lulju meta normalment tiġi ċċelebrata l-festa tas-Sacro Cuor.
F’Malta nsibu żewġ vari titulari biss inkurunati sollennement; dawn huma l-vara tal-Bambina fix-Xagħra u dik tal-Isla.
Fir-Rabat imbagħad insibu lil San Ġuzepp ix-Xiħ li hu nkurunat sollennement, iżda din mhix vara titulari.
//= $special ?>