Edukazzjoni Lokali

Il-mina lejn l-Universita’ għadha magħluqa

Ix-xogħol relatat mal-proġett tal-Kappara għadu mhux lest

Wara li l-aċċess għall-Universita’ kien infetaħ għal ftit ġranet bejn Frar u Marzu li għadda, il-mina reġgħet ingħalqet. Dan b’detriment għal diversi studenti Universitarji u presuni li jużaw il-faċilitajiet sportivi taz-zona.

Net News irċieva sensiela ta’ ritratti li juru x-xogħol li għadu għaddej, minkejja li l-proġett tal-Kappara ilu 6 xhur lest. Iżda xogħlijiet anċellari għadhom għaddejin.

Studenti li tkellmu magħna qalulna li issa l-aċċess ilu kważi xahar magħluq.