Il-kumpannija BMW qed issejjaħ lura mat-300,000 BMW wara li programm investigativ tal-BBC, Watchdog, sab li dawn setgħu jintfew waqt is-sewqan.
B’kollox qed jissejħu lura għal 312,000 karozza tat-tip BMW 1 Series, 3 Series, Z4 and u l- mudell tal- X1 kemm petrol u diesel li nbnew bejn Marzu tal- 2007 u Awwissu tal- 2011.
Is-sena li għaddiet il-BMW sejħet lura għal tiswijiet 36,410 karozza minħabba l-istess problema imma issa l-kumpannija Ġermaniża ammettit li hemm probabbilta li l-problema setgħet tinstab f’mudelli oħra. Jidher li l-problema tfeġġet minn difett fl-elettriku li twassal biex ma jaħdumx il-brake lights u bħala konsegwenza l-karozza tista’ tieqaf ħesrem.
Il-BMW fl-2013 ukoll sejħet lura għal tiswijiet mal-500,000 fl-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u l-Afrika t’Isfel.
Skont il-BMW, il-problema hi “feature a design of wiring configuration that means vehicle vibrations could potentially cause frictional corrosion on the plug of the power distributor”.
Intqal li t-tiswija kull ma tieħu hu madwar sagħtejn.
Jissejħu lura mat-300,000 BMW


