Juventus rebħu l-Coppa Italia għar-raba’ sena konsekuttiva wara li fil-finali għelbu lil Milan 4-0. Partita li fl-ewwel taqsima kienet pjuttost bilanċjata, b’Juventus ikollhom aktar inizjattiva, iżda wara l-ewwel gowl fil-bidu tat-tieni taqsima, il-partita nbidlet.
Għal Milan din hi telfa diffiċli u issa jridu jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fil-kampjonat għal konfronti kontra Atalanta u Fiorentina, biex tal-anqas jassiguraw posthom fl-Europa League staġun ieħor. Mehdi Benatia fetaħ l-iskor fis-56 minuta b’daqqa ta’ ras għar-rokna minn korner. Ħames minuti wara Juventus irduppjaw b’xutt b’saħħtu ta’ Diego Costa li Gianluigi Donnarumma salva mingħajr ma żamm.
L-iskor sar 3-0 fl-64 minuta meta Donnarumma reġa’ ma żammx minn daqqa ta’ ras, bid-difensur Benatia jkun pront u jiskorja t-tieni gowl personali. Juventus skorjaw ir-raba’ gowl kwarta mit-tmiem, b’Nikola Kalinic jitfa’ fix-xibka tiegħu stess b’daqqa ta’ ras wara korner ta’ Pjanic.
//= $special ?>