Lokali

Karozza tieħu n-nar

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta karozza lbieraħ ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.

Il-karozza kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn Birkirkara meta għal xi raġuni ħadet in-nar – aktarx minħabba xi ħsarat li żviluppaw fiha.

Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-awtoritajiet. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.