Lokali Mużika

FILMAT: Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision

Christabelle b'interpretazzjoni mill-aqwa

Minkejja l-interpretazzjoni mill-aqwa tal-kantanta Maltija Christabelle tal-kanzunetta ‘Taboo’ fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest, Malta ma għadditx għall-final ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Kienu għexieren li faħħru l-interpretazzjoni ta’ Christabelle u kien hemm tama qawwija li Malta tikseb post fil-finali wara li s-sena li għaddiet ukoll Malta ma għadditx għall-finali.

Il-pajjiżi li għaddew għall-finali huma:

  • In-Norveġja
  • L-Ukrajna
  • L-Olanda
  • Żvezja
  • Slovenja
  • Serbja
  • Moldova
  • Danimarka
  • Awstralja
  • Ungerija

Dawn jiżdiedu mal-10 pajjiżi li kkwalifikaw fl-ewwel semi finali u mal-‘big five’ kif ukoll il-Portugall li qed jospitaw din l-edizzjoni tal-Eurovision fil-finali ta’ nhar is-Sibt.

Ara filmati esklussivi mill-Press centre waqt li kien qed jitħabbar ir-riżultat bi preżentazzjoni ta’ Peter Carbonaro.

Ara l-interpretazzjoni ta’ Christabelle waqt is-semi finali f’dan il-link.