Futbol Sport

Manchester City jiksru tliet rekords fir-rebħa kontra Brighton

Yaya Toure fl-azzjoni ma' Leonardo Ulloa (Ritratt: EPA)
Rebħa għal Tottenham, draw għal Chelsea u telfa għal Arsenal

Manchester City taw tislima mistħoqqa lil Yaya Toure b’rebħa ta’ 3-1 kontra Brighton fl-Etihad Stadium. Danilo fetaħ l-iskor fis-16-il minuta, iżda l-vantaġġ dam biss erba’ minuti b’Leonardo Ulloa jġib id-draw. Bernardo Silva reġa’ poġġa lil City minn fuq fl-34 minuta, b’dak li kien il-104 gowl tal-istaġun, biex inkiser ir-rekord ta’ 103 gowls ta’ Chelsea fl-istaġun 2009/2010.

Fernandinho għalaq il-logħba bit-tielet gowl fit-72 minuta. Din ir-rebħa fissret li Manchester City saru l-ewwel tim Ingliż li jirbaħ 31 logħba minn 38 logħba fil-Premier League u ħolqu rekord ta’ 97 punt fi staġun b’logħba għal tmiem il-kampjonat.

Tottenham assiguraw posthom mal-ewwel erbgħa b’rebħa ta’ 1-0 fuq Newcastle. Il-gowl deċiżiv kien skorjat minn Harry Kane ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima b’konklużjoni għar-rokna.

It-tamiet ta’ Chelsea li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa ħadu daqqa ta’ ħarta wara li spiċċaw 1-1 kontra Huddersfield fi Stamford Bridge. B’dan il-punt, Huddersfield salvaw posthom fil-Premier League u kważi kkundanna lil Swansea għar-relegazzjoni. Laurent Depoitre poġġa lil Brighton minn fuq fil-50 minuta, b’Marcos Alonso jġib id-draw għaxar minuti wara.

 

Leicester għelbu lil Arsenal 3-1 fil-King Power Stadium, hekk kif Arsenal baqgħu l-uniku tim mingħajr punt barra minn darhom fl-2018. Leicester fetħu l-iskor fl-14-il minuta permezz ta’ Kelechi Ihenacho, qabel mal-attakkant twaqqa’ minn Konstantinos Mavropanos li tkeċċa fl-azzjoni. Jamie Vardy reġa’ poġġa lil Leicester 2-1 minn fuq fis-76 minuta, qabel ma’ Riyad Mahrez għalaq il-logħba bit-tielet gowl fid-90 minuta.