Lokali

Siltiet mid-diskorsi tal-Kelliema fit-tieni sessjoni tal-Kunsill Ġenerali

It-tema tal-għaqda kienet fic-centru tad-diskorsi ta’ tal-kelliema li indirizzaw il-Kunsill Generali nhar l-Erbgħa filghaxija.

David Stellini  qal li l-PN kien il-mutur li daħħal lil Malta fl-UE, u fakkar li l-UE hi fundamentalment proġett ta’ paċi u sigurta’.

Hermann Farrugia fakkar li l-embrijun mhux sempliċiment tmien celloli iżda hu twaqqif ta’ identita’ ġdida. Hu qal li għandna niżguraw li l-embrijun qatt ma jiġi użat għal skopijiet oħra.

Charlene Buttigieg Farrugia tenniet l-impenn tagħha u tal-MNPN li flimkien mal-Kap se jahdmu  għall-valuri tal-ħajja, tal-familja, u tal-mara fis-soċjeta’. .

Keith Cassar qal li ż-żgħażagħ huma sors ta’ bidla u illum hawn iktar ċans biex ikunu rappreżentati fl-istrutturi tal-partit.  Hu appella biex il-PN jkompli jimbotta l-proposti tiegħu tar-riforma tal-kunsilli lokali.

Alessia Psaila Zammit  tenniet l-impenn taggha li tkompli sservi bhala Sindku fil-lokalita tas-Siggiewi bi tmexxija serja u għaqlija. Hija rreferiet ukoll għall-investiment ta’ żewġ miljun Ewro fit-toroq tas-Siġġiewi.

Ivan Bartolo   qal li għandu jinqata’ kliem li jifred u li ghandna nimxu wara l- kap  Adrian Delia li juri l-id tal-ħbiberija. Huwa tenna li r-rabja għandha tkun lejn min jemmen li l-gideb jipproteġih.

Il-Prof Joe Azzopardi tkellem dwar l-importanza ta’ l-unita’ fil-Partit Nazzjonalista.  Prof Azzopardi  qal li ghandu jkun hawn diversita’ ta’ opinjonijiet għax  kulħadd għandu kuxjenza.

David Casa  rrefera għall-anniversarju  minn meta Malta daħlet fl-UE. Hu sostna li ghandna nibqgħu partit liberu fejn ikun hemm mumenti li ma naqblux imma fuq il-korruzzjoni nibqgħu magħqudin.

Toni Bezzina  qal li l-isfida tal-Partit Nazzjonalista hija li jfassal politika attwali sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun gvern alternattiv għal pajjiżna.

Edwin Vassallo tkellem dwar l-importanza li niġu flimkien u tenna li d-deputati ma vvutawx kontra imma ivvotaw differenti.  Tenna li min verament irid jiġġieled il-korruzzjoni irid jagħmel dan minn ġewwa l-Partit Nazzjonalista.

Mario de Marco  saħaq li  l-ġlieda għas-sewwa ma tistax tintrebaħ mingħajr il-Partit Nazzjonalista. Huwa sostna fuq l-importanza li kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Meta tkellem dwar il-free vote Mario de Marco qal li huwa ħass li hu għandu jivvota skont il-kuxjenza u għal dan ma għandux jitqies bħala traditur.

Hermann Schiavone qal li l-attivisti Nazzjonalisti qed jerġgħu jaraw il-Kap Adrian Delia bħala dak li jemmen fid-djalogu u li lest ikun qrib u jisma’ lil dawk kollha li jkellmuh.

Angelo Micallef  qal li għandna lkoll naħdmu biex ikollna oppożizzjoni b’saħħitha, dinamika u vibranti u aħna rridu lkoll inkunu strumenti biex insaħħu lill-Partit Nazzjonalista biex pajjiżna jerġa’ jħaddan aid-demokrazija.

Errol Cutajar tkellem dwar kif il-poplu Malti għaraf jisfrutta l-opportunitajiet tas-sħubija tal-Unjoni Ewropea. Huwa tkellem dwar il-valuri u l-prinċipji  li jikkaratterizzaw lill-Unjoni Ewropea. .

Carm Mifsud Bonnici ffoka fuq il-lealtà lejn il-valuri li jħaddan il-Partit Nazzjonalista – il-valuri Demokratiċi Kristjani li dejjem ikkaratterizzawna bħala membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jżommuna relevanti matul iż-żmien.

Roberta Metsola  fakkret li l-prijorità tal-Partit Laburista mhijiex int imma li jiddefendi l-ħniżrijiet tal-Gvern. Hija fakkret li l-intenzjoni tal-Partit Laburista hija li jirbaħ ir-raba’ siġġu fl-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropew. “Il-Partit Laburista waqafnielu u hu jrid itajjarna” saħqet Roberta Metsola li appellat biex f’dawn l-elezzjonijiet kulħadd jaħdem b’mod magħqud starteġiku u b’vuċi waħda.

Roselyn Borg tkellmet dwar l-esperjenza tagħha bħaala Segretarja Internazzjonali u tenniet is-sodisfazzjon tagħha li qed taħdem viċin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Hija tenniet l-impenn tagħha li tkompli tagħti s-sehem tagħha bl-ikbar enerġija u determinazzjoni.