Internazzjonali

Summit storiku deċiż għal Singapore

 

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ikkonferma  li se jiltaqa’ mal-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, f’Singapore, fit-12 ta’ Ġunju.

Trump bagħat messaġġ fuq Twitter fejn qal li hu u l-Mexxej Korean komunista ‘se jippruvaw (permezz tas-summit) għal mument speċjali ħafna fir-rigward tal-Paċi Dinjija’.

F’Marzu, Trump kien issorprenda lid-dinja meta aċċetta invit biex jiltaqa’ ma’ Kim Jong-un waqt summit bla preċedent għal President Amerikan kif ukoll għal Mexxej tal-Korea ta’ Fuq.

Intant, il-konferma ta’ Trump dwar il-lokalità tas-summit ingħatat sigħat wara li hu laqa’ lura tliet ex-priġunieri tal-Korea ta’ Fuq li ntbagħtu lura l-Istati Uniti.