Lokali

XAHAR MILL-INĊIDENT TAŻ-ŻURRIEQ: Għamel l-ewwel passi wara li ħareġ mill-koma

Sors: Evening Express
Simon weġġa' fl-ewwel jum tal-vaganza tiegħu f'Malta

Wara xahar mill-inċident ikrah tad-double decker illi ħalla żewġ turisti mejta, l-Iskoċċiż Simon Morrison, li kien wieħed minn dawk li spiċċaw fl-ITU, issa beda jimxi.

L-aħbar ingħatat mill-familja ta’ Morisson f’kummenti lill-ġurnali Skoċċiżi. Ir-raġel li hu minn Aberdeen u li għandu 42 sena għadu qed jirkupra fl-Aberdeen Royal Infirmary wara li telaq minn Malta ħmistax ilu.

Omm Simon Morrison, Ellen Grant, esprimiet il-ferħ tagħha illi rat lil binha jimxi għall-ewwel darba wara l-inċident li kellu f’Malta. Il-biża’ tagħha kien li Simon qatt ma jirkupra. “Xorta għadu konfuż kultant, imma qed juri progress kbir”, qalet Ellen Grant lill-media Skoċċiża.

Fit-traġedja tad-9 t’April li għadda mietu żewġ turisti mill-Belġju u Spanja.