Lokali Mużika

Emma se tkanta dwett mal-istilla Taljana Arisa fl-isfida kontra Carmen

Is-Serale għada filgħaxija fuq Canale 5

Wara l-isfida li poġġa’ fuq il-mejda Rudy Zerbi, is-Sibt filgħaxija l-kantanta Maltija Emma Muscat se tkun qed tkanta dwett mal-istilla Taljana rebbieħa ta’ Sanremo Arisa. Dan hekk kif Emma se tkun qed tisfida direttament lil Carmen, li hi tfajla oħra parteċipanti fil-programm ta’ Maria de Filippi, Amici.

Fl-isfida tagħha, Emma se tkun qed taffronta lil Carment f’dwett ma’ Arisa. Carmen se jkollha magħha lil Emma Marrone.

Fil-programm ta’ għada fuq Canale 5 se jieħdu sehem ukoll Il Volo.

Arisa, li għandha 35 sena, rebħet Sanremo fl-2014 bil-kanzunetta ‘Controvento’.