Lokali

Ikompli l-kaos għall-Gozo Channel

Għal darb’oħra għexieren ta’ nies spiċċaw jistennew fi kjuwiet kbar sabiex jirkbu l-vapur tal-Gozo Channel – fejn saħansitra lill-passiġġieri qed jeħdilhom sagħtejn u nofs sabiex jilħqu post abbord il-vapur.

Persuni li tkellmu ma’ Net News saħqu li t-traffiku jinsab imwaħħal mill-Marfa saċ-Ċirkewwa, mingħajr l-ebda sinjal ta’ uffiċjali tal-Pulizija jew ta’ Transport Malta sabiex jiggwidaw lis-sewwieqa.

Dan filwaqt li numru kbir ta’ persuni spiċċaw jistennew fuq il-Bus Stops għal tal-linja, jew saħansitra jinżlu minn tal-linja fl-inħawi tal-Marfa sabiex għallinqas jkunu jistgħu jimxuha saċ-Ċirkewwa. Dan filwaqt li konsegwenza ta’ dawn il-kjuwiet kollha, sewwieqa tat-taxis qed jitilfu xogħolhom.