Internazzjonali

Il-ġlieda ta’ Nadia Toffa kontra l-kanċer issir aktar diffiċli

Se taqbeż l-episodju ta' għada ta' Amici fejn kienet se tkun mistiedna speċjali

Jidher li m’għandiex tmiem il-ħolma kerha li qed tesperjenza Nadia Toffa ta’ Le Iene hekk kif il-kura li qed tieħu kontra l-kanċer wasslitha sabiex tħarbat kull proġett li kellha għall-jiem li ġejjin.

Ilbieraħ sar magħruf li l-ġurnalista Taljana li hi maħbuba minn miljuni ta’ nies, se jkollha taqbeż l-istedina li saritilha biex tidher f’Amici nhar is-Sibt li ġej – l-istess programm li fih qed tipparteċipa l-kantanta Maltija Emma.

Nadia Toffa se taqbeż ukoll l-edizzjoni li jmiss tal-programm investigattiv Le Iene.

Il-ġlieda ta’ Toffa kontra l-kanċer bdiet ftit tax-xhur ilu meta t-tobba tawha d-dijanjożi. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, hi kienet ta’ ispirazzjoni għal bosta, l-aktar meta riċentament irritornat tagħmel ix-xogħol tagħha fuq it-televiżjoni.