Lokali

Il-vetturi f’Malta jaqbżu t-375,000; kuljum jiżdiedu 33 karozza

F'sena l-liċenzji tas-sewqan żdiedu b' 6,573

Skont ċifri ppubblikati mill-NSO, f’pajjiżna bħalissa hawn 375,041 vettura liċenzjata, li minnhom 78 fil-mija huma karozzi tal-passiġġieri. Dan ifisser li fuq perijodu ta’ 3 snin, il-vetturi fit-toroq żdiedu b’40,000.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li 13.6 fil-mija huma vetturi kummerċjali, filwaqt li 7 fil-mija huma muturi jew quads. Ix-xarabanks u l-minibuses jammontaw għal ftit anqas minn 1 fil-mija tal-vetturi li għandna fit-toroq ta’ pajjiżna.

L-istess ċifri, illi huma provudti lill-NSO minn Transport Malta, jagħtu wkoll stampa tal-liċenzji. Fuq perijodu ta’ sena l-liċenzji tal-karozzi żdiedu b’aktar minn 6,500.

L-istatistika turi wkoll xejra ta’ tnaqqis fejn jidħol xiri ta’ muturi u roti elettriċi meta mqabbel mas-snin preċedenti.