Il-Pulizija Taljana għal kontra t-terroriżmu qalet li rnexxielha telimina netwerk magħmul minn Sirjani u Marokkini suspettati b’li kienu qed jgħaddu l-appoġġ – permezz ta’ fondi – lill-militanti Iżlamiċi fil-Lvant Nofsani.
Stqarrija qalet li l-Pulizija ppreżentaw 14-il mandat ta’ arrest li kienu ħarġu l-maġistrati fit-Tramuntana tal-Italja, fost konferma li wħud mill-arresti saru wkoll fil-gżira ta’ Sardinja.
Ma kienx ċar kemm il-persuna spiċċat arrestata fl-azzjoni tal-pulizija.
L-14-il akkużat qed ikunu mixlija b’assoċjazzjoni mal-gruppi terroristiċi kif ukoll dwar il-finanzjament tat-terrur u abbuż tal-liġijiet finanzjarji.
Dan waqt li l-pulizija, sal-bieraħ, kienu qed ifittxu qalb residenzi f’xi reġjuni lejn in-naħa ta’ Fuq tal-Italja, kif ukoll f’Sardinja.
Ma kienx eskluż li, ’il quddiem, isiru aktar arresti marbuta ma’ dan in-network xolt.
Ixolju netwerk ta’ terroristi


