Lokali

Kumpaniji tal-gaming jheddu li jitilqu minħabba rabtiet tal-mafja Taljana mas-settur

Prosekuturi fl-Italja mhux qed isibu appoġġ mill-awtoritajiet Maltin

Kumpaniji tal-gaming heddew li jitilqu minn Malta wara li prosekuturi Taljani kixfu l-mod kif il-mafja Taljana kienet qed tipprova tinfiltra fis-settur tal-gaming f’Malta.

Żvelat dan il-gazzetta Times of Malta li rrappurtat proġett investigattiv fl-Italja li tkellem ma’ numru ta’ sorsi fis-settur tal-gaming f’Malta.

Skont dawn is-sorsi, kien hemm numru ta’ kumpaniji tal-gaming li kienu tkellmu mal-Awtorità Maltija tal-Gaming u li kienu heddew li jitilqu minn Malta jekk dan is-settur ma jitnaddafx.

Dawn il-kumpaniji tal-gamin kienu esprimew din il-pożizzjoni wara li f’Diċembru li għadda, Qorti f’Palermo ħarġet mandati għall-arrest ta’ għexieren ta’ persuni f’investigazzjoni mlaqqma ‘Game Over’ – li kienet kixfet ir-rabtiet bejn il-kriminalità organizzata fl-Italja u s-settur tal-gaming f’Malta.