Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal jikser ir-rekord ta’ sets konsekuttivi mirbuħa

Rafael Nadal jiċċelebra r-rebħa kontra Diego Schwartzman (Ritratt: EPA)
Ir-rekord kien ilu mill-1984

Is-sid numru wieħed tad-dinja Rafael Nadal kiser ir-rekord ta’ kull żmien ta’ John McEnroe wara li għeleb lil Diego Schwartzman f’Madrid.

Nadal għeleb lill-Arġentin 6-3, 6-4 fuq it-tafal, biex tella’ t-total ta’ sets mirbuħa b’mod konsekuttiv għal 50 u qabeż it-total ta’ McEnroe li kien sar lura fl-1984.

L-Ispanjol li qed ifittex li jirbaħ l-Open ta’ Madrid għas-sitt darba, kiser is-service ta’ Schwartzman fis-sitt logħba ta’ kull set u deher riesaq lejn rebħa komda.

Schwartzman li hu s-sid numru 16 fid-dinja, kien kiser ukoll is-service biex għamel l-iskor parzjali 4-4 fit-tieni set, iżda Nadal irrisponda mill-ewwel biex rebaħ iż-żewġ logħbiet ta’ wara u għalaq il-logħba.

Tags