Lokali

RITRATTI: Erba’ nisa involuti f’argument quddiem il-middle school tan-Naxxar

Il-Pulizija kellha tintervjeni f’argument li seħħ dalgħodu bejn erba’ nisa quddiem il-middle school tan-Naxxar.

Għalkemm mhux magħruf x’wassal għall-ġlieda, NET News jinsab infurmat li fil-ġlieda, waħda min-nisa użat turnavit b’konsegwenza li kkawżat ħsarat fuq il-karozza ta’ mara oħra involuta fil-ġlieda.

Il-Pulizija kkonfermaw li seħħ dan l-argument, iżda qalulna li ma weġġa’ ħadd. Madanakollu, jidher li kellhom jintervjenu wkoll xi għalliema tal-iskola li assistew biex ferqu lin-nisa.

Il-Pulizija kkonfermaw ukoll li l-erba’ nisa qed jiġu mitkellma dwar dan l-argument.

Ritratti: Matthew Tabone